Stqarrija għall-Istampa - Press Release
Press Release
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Awguri u Grazzi Fr Joe!
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
The heroic priest who died on the Titanic
Grazzi Miriam
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Mum, Dad and Kids
Bidu tas-Sena Pastorali 2019/2020
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Gruppi Familji Nsara
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
Precautionary principle
No Man is an Island
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Awguri !
MERĦBA Mons. Charles Attard
A SMILE AND JOY
Who’ll care for our elderly?
Bridging the Gap 
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Reflections on Embryo Freezing
Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament
Quddiesa għall-Għarajjes
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Dan kollu għalfejn?
Mons. Charles Vella
Biex Siġra titla’ Dritta
Mother & Baby Club Meetings
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
Love, sex and marriage in liberal societies
Good, healthy families
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Iż-Żwieġ u l-Familja
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Laqgħa Ġenerali Annwali 2018
Raġel li ħafer lil martu 

  • Il-Kelma tal-Fundatur - minn Mons. Charles Vella

    Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?

  • L-imħallef iddeċieda li ma’ hemm l-ebda tama ta’ soluzzjoni, għax il-kunflitt bejn Pawlu u Agnese kien kbir. L-alternattiva kienet is-separazzjoni u povri tlett it-tfal. Fejn se jispiċċaw?

    Iżda ġara li omm Agnese kienet mara ta’ talb. Kellha arma qawwija : il-Kuruna tar-Rużarju. Mal-famlija bdiet kuljum għal iktar minn sena tgħid għarkubbtejha r-Rużarju. Talbet ħafna, anki mal-ulied Pawlu u Agnese, lill-Madonna ta’ Medjugorje, li ilha 31 sena tidher u twassal il-messaġġ tagħha lill-veġġenti.

    L-imħallef sostna li ma’ hemm ebda tama, imma t-talb wassal għar-rikonċiljazzjoni wara kważi tliet snin bejn il-koppja. Għamlu paċi, festa u l-ulied kienu qed itiru bil-ferħ.

    It-talb u iktar ir-Rużarju hu il-muftieħ biex meta jkun hemm kunflitt insibu soluzzjoni. Din hi storja li tassew ġrat u saret fil-programm tar-RAI TV La Vita in Diretta.

    Il-gwaj hu li f’mument ta’ kunflitt ninsew nitolbu. Infittxu counsellors,  avukati u konfessuri, iżda ma ngħarfu qatt il-qawwa tat-talb. Il-poeta Ingliż Tenneyson qal: More things are wrought by prayer, than the world thinks of. Hekk iktar ġrajjiet isiru bil-qawwa tat-talb milli d-dinja qatt tobsor.

    Fil-Manwal tal-Moviment ta’ Kana, kif ukoll fil-ktieb li ħriġt snin ilu bit-Taljan Gruppi D’Incontro di Preparazione al Matrimonio, hemm laqgħa fuq il-kunflitti u kif insolvuwhom.

    Meta 20 sena ilu ħriġt il-ktieb bosta skantaw u oħrajn faħħru dan is-suġġett, għax kien mibni fuq il-prevenzjoni biex jekk fiż-żwieġ ikun hemm xi kunflitt, il-koppja tagħraf kif issib xi soluzzjoni.
    Il-Manwal ta’ Kana jsemmi r-rinoċeronte, animal ta’ tempra qasira u minħabba f’hekk hu wieħed mill-aktar annimali perikolużi. Jsemmi ukoll kif wieħed jġib ruħu meta xi ħadd idejqek, meta jibda bħal diska jirrepeti l-istess diskors, meta ma jiqafx jeqred, igerger, jakkuża u għalhekk wieħed jitlef il-paċenzja.

    Hawn allura jibdew l-argumenti u li jispiċċaw f’akkużi: “Il-ħtija tiegħek,” “Inti mhux fidil lejja”, “Inti bħal ommok”, eċċ. Litanija sħiħa li tweġġa’ u titfa’ l-ħtija fuq ħaddieħor. Jintqal kliem iebes, goff u anka xi dagħa. Il-kittieb Manzoni jgħid li spiss ngħidu parole più grandi di loro - kliem wisq ikbar minna. Hekk jiġri u nibdew niġġudikaw lil xulxin.  Fejn hi l-imħabba? Fejn marret l-imħabba? Inkella faċli li l-imħabba ssir odju, mibgħeda. Kliem li bħas-self inissel uġiegħ, dispjaċir u biki.

    “We agree, to disagree” kien qal John Kennedy. Jekk ma naqblux u m’hemmx ftehim allura niftehmu biex għall-anqas nirrispettaw il-fehmiet ta’ xulxin. Int tgħid abjad, imma jien ngħid iswed.
    Ma ninsew qatt li hemm it-triq tan-nofs, il-kompromess. B’xi mod jeħtieġ li nkunu umli u nsibu jekk hemmx xi triq li tista’ tevita, tnaqqi jew ittaffi l-kunflitt.

    Irridu nkunu umli fil-qalb u fil-moħħ, għalhekk jinħtieġ li ma nkunux hard headed - b’ras iebsa. Irridu nkunu ta’ qalb umli, ħelwa u mimlija ħniena. Kemm il-darba il-Papa Francesco jitkellem fuq La misericordia -  il-ħniena ta’ Alla. Fejn hemm l-imħabba għandu jkun hemm il-ħniena, li hi l-qawwa biex naħfru lill xulxin. Qatt m’għandna nħallu l-ħażen jerbaħ, anzi niftakru li l-ħażen jiġi mirbuħ bit-tajjeb, bil-ħniena u l-umiltà.

    Ġuża u Frans qatt ma kienu kapaċi jġibu ruħhom b’dan il-mod. Ma kellhomx l-umiltà. Baqaw mimlija rabja, dispjaċir, feriti u riżentiment. Hu għalhekk li għalihom m’hemmx ċans ta’ soluzzjoni xierqa u ġusta tal-kunflitti, tan-nuqqas ta’ ftehim u tal-kwistjonijiet.

    Daqs 40 sena ilu kont naf koppja mifrudin. Kull Milied ir-raġel kien jiġi jitlobni bil-ħniena mmur għand martu u l’erba’ wliedu, biex taħfirlu. Hu sofra ferm minħabba l-iżball li għamel u spiċċa saħansitra l-ħabs. Qatt u qatt martu, avolja mara tal-knisja, ma riedet tisma’. It-tielet sena tal-Milied bilkemm riedet tiftaħ il-bieb, biex tiġbor ir-rigali tar-raġel.

    Kienet mimlija korla u riżentimenti bla ħniena lejn żewġha, avolja kienet tgħid il-Missierna – “aħfrilna dnubietna, bħal ma naħfru...” Fl-aħħar ħafna, imma kien too late: żewġha kien marid b’kanċer. “L-imħabba ... ma żżomx f’qalbha għad-deni.” (S. Pawl)

    Il-Beata Tereża minn Kalkutta, li sirt naf hemm fl-1962 u stedint Malta, ħarġet bħal ABC ta’ mġieba biex inħobbu lill xulxin u nitolbu flimkien, għax kif kien jgħid l-appostlu tar-Rużarju, Father Patrick Peyton, li ltqajt miegħu darbtejn, the family that prays together, stays together.

    Dawn huma xi ħsibijet tal-ABC biex nevitaw, nirbħu u ninsew kull kunflitt fiż-żwieġ :

    A.      Always have courage to say sorry
    B.      Be kind, be compassionate
    C.      Control your judgements
    D.      Don’t let yourself get disencouraged
    E.      Every minute is precious, don’t waste your time
    F.      Find out what is nice in each other
    G.      Give until it hurts
    H.      Have deep respect for each other
    I.     If you really want to love God, love one another
    J.     Just do small things with great love
    K.     Keep your heart clean
    L.     Learn to pray, love to pray and pray often.

    Din hi parti mill-ABC ta’ Madre Tereża. Fil-Ħarġa li ġejja nfisser kull ittra tal-ABC u għal issa l-ittra L dwar it-talb torbot mal-istorja tal-koppja li wara l-firda bis-saħħa tat-talb reġgħu saru ħaġa waħda.








comments powered byDisqus