• Therapeutic Services

  • Ilkoll jiġuna mumenti f'ħajjtina meta nħossu l-bżonn li niftħu qalbna u nitkellmu ma' xi ħadd li jismagħna bl-attenzjoni kollha mingħajr preġudizzju. Xi kultant li tagħmel l-ewwel pass huwa diffiċli imma jekk issib il-kuraġġ u tagħmel appuntament se tinduna li ser issib lil xi ħadd lest li jgħinek bis-sħiħ.

    It-Therapeutic Service tal-Moviment ta' Kana huwa servizz kunfidenzjali fejn nies imħarrġa professjonalment u kwalifikati jisimgħuk u jgħinuk tara soluzzjonijiet u tiddeċiedi fuq l-aħjar triq għalik. Il-problemi u sitwazzjonijiet li niltaqgħu magħhom huma kemm ta' natura personali, interpersonali, kif ukoll problemi fil-familja.

    F'każ ta' bżonn, nistgħu ukoll nirriferuk għas-servizz tal-psikologu li għandna fi ħdan Kana. Jekk tħoss il-bżonn li tuża dawn is-servizzi tiddejjaqx iċċemplilna fuq 2223 8000,  79014827, 79011435  jew tibgħat e-mail fuq support@canamovement.org.








comments powered byDisqus