• Servizzi

  • Aħna min aħna?

    Il-Moviment ta' Kana għandu l-iskop li jġib 'il quddiem il-familja u r-relazzjoni taż-żwieġ bħala waħda dejjiema, fidila u miftuħa għall-ħajja.

    L-għanijiet tagħna huma:

    • Li ngħinu lill-għarajjes iħejju għaż-żwieġ tagħhom;
    • Li ngħinu lill-koppji jwettqu u jsaħħu ż-żwieġ u l-familja;
    • Li nieqfu mal-koppji meta r-relazzjoni tagħhom issib ruħha f'diffikultà.

    Għal dan il-għan, il-Moviment ta' Kana għandu tliet tipi ta' ħidmiet:

    ► SERVIZZI EDUKATTIVI

    li jinkludu: il-kors ta' Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani, il-kors tal-Ippjanar Naturali tal-Familja, il-kors tal-Parenting Skills u korsijiet mill-Association of Breastfeeding Counsellors.

    ► SERVIZZI LI JSAĦĦU Ż-ŻWIEĠ U L-FAMILJA

    li jinkludu: il-Gruppi Familji Nsara, il-grupp Jien Magħkom Dejjem u l-Mother & Baby Club.

    ► SERVIZZI TERAPEWTIĊI

    li jinkludu: Therpeutic Services minn Systemic Practitioners, Counsellors, Family Therapists, Psiko-Terapisti, Psikologi, servizzi ta' pariri minngħand avukat u nutar, support groups għall-persuni mġarrbin, fosthom gruppi għall-persuni separati, ulied ta' persuni separati, persuni li tilfu xi tarbija u oħrajn.

    Għal aktar tagħrif ċempel lill-Moviment ta' Kana fuq 2223 8000 jew ibgħat email fuq support@canamovement.org.

    Tista' wkoll issegwi l-ħidma tal-Moviment ta' Kana permezz tal-paġna fuq Facebook :

    www.facebook.com/movimenttakana

    u permezz taċ-channel fuq You Tube:

    www.youtube.com/user/familjakana

    IL-FAMILJA HIJA GĦAL QALBNA








comments powered byDisqus