



Gruppi Familji Nsara
“Inkunu xhieda ħajja tal-imħabba t’Alla meta ngħixu s-sejħa tagħna fiż-żwieġ”. Din hija s-sejħa tal-Gruppi Familji Nsara fi ħdan il-Moviment Ta’ Kana.
Imwaqqfa fl-1971, il-Gruppi Familji Nsara jinsabu kważi f’kull parroċċa u joffru mixja ta’ formazzjoni spiritwali mibnija fuq il-bżonnijiet u r-rejaltajiet tal-familja llum. Fil-laqħa ta' kull xahar il-Grupp jesplora tema partikolari kif imfassla fuq il-ktieb SKEMI, u kif il-kelma ta' Alla ddawalna f'dik iċ-ċirkustanza. SKEMI jkun ippubblikat kull sena, dejjem b’suġġetti ta’ laqgħat differenti mmirati għall-familja u l-ħajja miżżewġa. Il-Gruppi huma affiljati bħala membri fl-ICCFM, l-International Confederation of Christian Family Movements.
It-temi għas-sena 2021 huma dawn :
Jannar -Niftħu Qalbna bil-Fidi għall-Kelma ta' Alla
Frar - Il-Ħniena Hi l-Veru Wiċċ tal-Imħabba
Marzu -It-Talb huwa Djalogu mal-Missier, Mibni fuq il-Fiduċja u l-Perseveranza
April - Alla Jħobbna Kif Aħna u Mħabbtu Biss Tista' Tibdilna
Mejju - Il-Familja Tista' Tkun il-Ħmira jew iż-Zerriegħa tal-Mustarda fil-Komunita'?
Ġunju -L-Għajxien tal-Imħabba Huwa l-Għajn tal-Veru Hena
Lulju - Il-Maħfra Tagħmilna Nixbhu lil Alla
Awwissu - Fiż-Żwieg Tagħna, l-Iva bil-Kliem Biss, Jew bl-Għemil Ukoll?
Settembru - Ma Naħbux it-talenti li jagħtina Alla
Ottubru - Alla ma Jeskludi lil Ħadd, u Jrid li Kulħadd Jilħaq il-Milja Tiegħu
Novembru - Irridu Nkunu Dejjem Lesti għal-Laqgħa Tagħna ma' Alla
Diċembru - Alla Jibqa' Dejjem Jistieden Lil Kulħadd Għal Tiġdid ta' Kuljum fl-Imħabba Tiegħu
Agħfas hawn biex tniżżel kopja ta' Skemi 2021.
SKEMI għall-Koppji Għarajjes u Miżżewġin Ġodda
Il-Gruupi Familji Nsara ħasbu wkoll f'dawk il-koppji li se jembarkaw fuq l-avventura taż-żwieġ, jew li għadhom kif bdew din il-ħajja u li wara l-Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani (il-Kors ta' Kana), juru x-xewqa li jtibqgħu jiltaqgħu fi grupp u hekk ikomplu l-mixja ta’ formazzjoni li jkunu bdew flimkien. Hekk din il-verżjoni speċjali ta' SKEMI għandha sservi biex għada pitgħada huma wkoll isiru parti mill-Gruppi Familji Nsara; jew billi jingħaqdu ma' xi Grupp eżistenti (jista’ jagħti l-każ fil-parroċċa tagħha stess), inkella billi l-grupp ta’ koppji li jkun qegħdin jiltaqgħu jibdew isegwu l-programm normali tal-Gruppi wara li jkunu wtilizzaw dan il-ktieb.
Agħfas hawn biex tniżżel kopja tal-iSKEMI għall-Għarajjes u Miżżewġin Ġodda
La għandek għal qalbek il-Familja, ingħaqad mal-Grupp Familji Nsara tal-Parroċċa tiegħek.
Għal aktar dettalji tista’ tkellem lill-Kappillan tal-Parroċċa tiegħek jew iċċempel lill-Moviment ta’ Kana fuq 2223 8000.
Il-Gruppi Familji Nsara jippubblika newsletter bl-isem Familja Ħajja li titqassam lil membri kollha. Agħfas hawn biex taqra Familja Ħajja online.
Il-Gruppi huma affiljati bħala membri fl-ICCFM, l-International Confederation of Christian Family Movements. Fl-2015 saret żjara mill-Koppja President Mondjali u l-Koppja President Ewropeja. Rapport fil-qosor ta' din iż-żjara ġie ppublikat fil-bullettin tal-ICCFM, bl-isem Link Lazo. Agħfas hawn.
Familja_Hajja_30_2.159015000769.pdf Skemi_2021.161132307007.pdf Skemi_2020.159014816579.pdf Skemi_2018.152663485898.pdf SKEMI_2017_page_spreads.148515925483.pdf SKEMI_ghall-Gharajjes_u_Mizzewgin_Godda.145699680716.pdf LINK-LAZO_Bulletin_2nd_semester_2015_1.146555378297.pdf
comments powered byDisqus