STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA: Il‑bidliet proposti għal‑Liġi tal‑IVF ma jiżgurawx trabi b’saħħithom...
Laqgħa Ġenerali Annwali 2022
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA: HUWA DAN L-AQWA LI NISTGĦU NAGĦTU LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA?
Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Fondazzjoni Ta’ Kana
Nerġgħu nibnu l-komunità fl-Ewropa




Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament bejn il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Fondazzjoni Ta’ Kana
- Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal issiġilla ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Ta’ Kana li tipprovdi servizzi ta’ għajnuna lill-koppji kif ukoll lill-individwi li jkollhom bżonn sapport psikoloġiku jew mentoring.Dan il-ftehim sar b’investiment ta’ €108,000 fuq medda ta’ tliet snin biex b’hekk il-ftehim ikompli fuq dak ta’ qablu li sar mal-istess fondazzjoni. Il-ftehim attwali ssaħħaħ bi €18,000 bil-għan li jingħataw aktar servizzi ma’ dawk eżistenti.Il-Ministru Michael Falzon qal li kull uman jitwieled f’familja u għalhekk jeħtieġ li nkomplu nsaħħu kull tip ta’ familja, irrelevanti minn dak li jiddefinixxi l-familja. Semma li l-ministeru jaħdem ħafna mal-Knisja, tant li ħafna mill-ftehimiet soċjali jsiru ma’ entitajiet tal-Knisja li direttament jgħinu persuni fil-bżonn.
comments powered byDisqus