• Laqgħa Ġenerali Annwali 2022

  • Il-Moviment ta’ KANA kellu l-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu fid-29 ta’ April, 2022, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Il-membri ltaqgħu fiżikament għal din il-laqgħa, minħabba dawn l-aħħar sentejn tal-Pandemija, din il-laqgħa Ġenerali Annwali ma saritx.

    Wara l-Indirizzi tal-bidu mid-Direttur tal-Moviment, Mons. Charles Attard, kif ukoll minn dak tal-President, Dr Joe Cassar, il-mistieden speċjali waqt din il-laqgħa Ġenerali Annwali kien, l-Eċċellenza tiegħu, Arċisqof Emeritu, Mons. Ġorġ Frendo, O.P.

    Mons. Frendo indirizza l-udjenza preżenti fuq it-tema dwar: “Il-Familja fl-Albanija”. Kif nafu, Mons. Frendo għadda għexieren ta’ snin bħala Arċisqof fl-Albania, u konsegwentement, għandu esperjenza u informazzjoni diretta, mhux biss tal-istat tal-familja fl-Albanija, iżda wkoll għarfien tajjeb dwar id-diffikultajiet varji li dawn il-familji kellhom jgħaddu minnhom. Dan minħabba s-snin sħaħ ta’ dittatorjat mir-reġim Komunista. Minbarra dan l-aspett tal-familji, Mons. Frendo tkellem ukoll dwar il-Knisja Kattolika fl-Albanija, u kif din tagħmel l-għalmu tagħha biex tilħaqhom b’korsijiet diversi (simili ta’ kif tagħmel KANA hawn Malta), speċjalment fejn jidħlu żwiġijiet imħallta.

    Il-laqgħa Ġenerali Annwali kompla billi, is-Sur Franco Sciberras ta’ d-dettalji tar-Rapport Finanzjarju tal-Moviment, u s-Sur Christopher Demicoli Segretarju Amministrattiv li qara ir-Rapport Amministrattiv fejn semma’ d-diversi attivitajiet u korsijiet li l-Moviment agħmel fil-parroċċi.








comments powered byDisqus