• Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani

  • Koppja għarajjes li tibda tippjana għaż-żwieġ għandha tattendi l-Kors tat-Tħejjija għaż-Żwieġ Nisrani, organizzat mill-Moviment ta' Kana, preferibbilment sentejn qabel id-data taż-żwieġ. Il-kors isir tliet darbiet f'sena; f'Jannar, f'April u f'Ottubru. Il-buking isir direttament mal-parroċċa fejn tkun ser tattendi l-koppja. Dettalji dwar dan tista' ssibhom billi tagħfas fuq il-links li jidhru fuq ix-xellug ta' dan l-iskrin, skond ix-xahar li tixtieq. Il-ħlas applikabbli huwa ta' € 35.00 kull koppja. Fi tmiem il-kors il-koppja tingħata ċertifikat li għandu jiġi ppreżentat meta l-koppja tibda l-proċess tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ.

    Kull kors jikkonsisti f'għaxar laqgħat, waħda kull ġimgħa. Il-koppja għarajjes jingħataw ktejjeb kull wieħed biex minnu jsegwu l-laqgħat kif ukoll jaħdmu eżerċizzji kemm flimkien kif ukoll individwalment.

    Aktar qrib id-data taż-żwieġ, il-koppja għandha wkoll tattendi dak li jissejjaħ Tħejija Immedjata għaż-Żwieġ. Dan ikun organizzat mill-parroċċa direttament u mhux mill-Moviment ta' Kana. Fit-tmiem, il-koppja tingħata ċertifikat ieħor li wkoll irid jiġi ppreżentat mal-ewwel ċertifikat.

    Nistednuk tagħti wkoll daqqa t'għajn dwar dak li se jkun diskuss fil-kors, billi ssegwi l-link Is-Suġġetti fil-Kors, li ssib fuq ix-xellug tal-iskrin.








comments powered byDisqus