• Laqgħa Ġenerali Annwali 2019

  • Il-Moviment ta' Kana laqqa' l-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu l-Ġimgħa 26 ta’ April 2019, fis-6.30pm, fis-Sala San Ġorġ Preca, Istitut Kattoliku, il-Floriana.

    Dan huwa mument importanti ħafna fejn il-Moviment iħares lejn il-ħidma tiegħu b’mod riflessiv u l-membri flimkien naraw il-viżjoni tagħna lejn il-futur.

    Il-Kelliem ewlieni mistieden kien Rev. Dr John Anthony Berry, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

  • Agħfas hawn għad-Diskors tal-President Dr Arthur Galea Salomone

    Agħfas hawn għad-Diskors tad-Direttur Mons Charles Attard

    Agħfas hawn biex tisma' d-Diskors ta' Rev. Dr John Anthony Berry, Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta

    Agħfas hawn għar-ritratti

    -------------------------------------------------------

    Diskors tal-President, Dr Arthur Galea Salomone

    Hbieb,

    Nilqaghkhom ghall-laqgha Annwali General u nirringrazzjakhom talli gejtu.

    Nilqa’ Iir-Reverendissimu John Berry u nirringrazzjah li accetta li jkun il-Key Note Speaker ghal din il-laqgha Annwali Generali.

    Din kienet sena ohra ta’ xoghol fejjiedi ghall-Moviment. Wara li ghall-numru ta’ snin gejt inlum dwar in-nuqqas ta’ sostenn finanzjarju mill-Gvern, nixtieq nissottolinja bi pjacir li din kienet sena li fiha, tal-anqas ghat-tlett snin li gejjin, poggejna l-finanzi tal-Moviment fuq sisien izjed sodi, il-ghaliex wara diskussjonijiet kostruttivi mal-Ministeru tal-Familja, immexxi mill-Ministru Michael Falzon, wasalna ghall-iffirmar ta’ Service Agreement mal-Gvern. Permezz ta’ dan il-ftehim il-Gvern ser jaghtina somma ta’ tletin elf ewro fis-sena, ghal-tlett snin, liema somma ser tippermettielna inkomplu insahhu s-servizzi tal-Counselling li naghtu lil kull min ihabbat il-bieb taghna ghall-ghajnuna minghajr ebda distinzjoni.

    Bhal daz-zmien sena konna qed niddiskutu l-izviluppi legislattivi dwar l-idejologija tal-generu u t-tibdil ghal-Ligi dwar il-Protezzjoni tal-Embrjun liema bidliet wasslu biex jigi permess l-iffrizar tal-embrjuni.  Tliet xhur biss wara li tniehdiet il-prattika tal-iffrizar tal-embrjuni gie rappurtat li Mater Dei hemm sittax il-embrjun iffrizat. L-esperjenza f’pajjizi ohrajn turi illi pajjiz li lest jipperikola l-hajja tal-embrjuni  barra l-guf jasal, bil-pass il-pass, biex jipperikola il-hajja tal-embrjun fil-guf. Fil-fatt bilkemm kienet ghadha nixfet l-inka fuq l-amendi ghall-Ligi dwar il-Protezzjoni tal-Embrjun li ma smajniex l-ghajta dwar il-htiega ta’ dibattitu dwar l-abort u anke dwar it-tnehdija ta’ koalizzjoni favur l-abort.  Min naha l-ohra konna xxurtjati bhala pajjiz li l-President il-gdid tar-Repubblika Dr. George Vella stqarr pubblikament u inekwivokament li tul il-Presidenza tieghu mhi ser tigi ffirmata ebda ligi li tillegalizza l-abort. Din l-istqarrija filwaqt li ttina ftit serhan tal-mohh tghabbina bir-responsabbilita bhala Moviment Ekklezjali, biex flimkien mal-ghaqdiet u l-Movimenti l-ohra fi hdan il-Knisja nippromwovu kultura favur il-hajja u nfasslu u nattwaw strategija favur il-hajja. Din il-kultura li trid tibda mill-edukazzjoni tat-tfal u z-zaghzagh m’ghandhiex tkun llimitata ghad-diskors kontra l-abort imma ghall-azzjoni favur il-hajja fl-istadji kollha taghha, mit-tnissil sal-mewt naturali.  

    Kultura favur il-hajja trid necessarjament tpoggi fic-centru ir-rispett u dinjita tal-bniedem hu min hu, gej minn fejn gej, hu x’inhu il-kulur ta’ gildu u mhux biss fil-bidu u fit-tmiem tal-ezistenza tieghu imma tul it-tlajja u l-inzul ta’ hajtu kollha.      

    Bhala nsara ghandna dover naghtu xhieda dwar din il-verita’ u ghandna l-obbligu ninfluenzaw ir-rappresentanti taghna li jfasslu l-ligijiet sew fuq livell lokali u anke fuq livell Ewropej dwar ir-responsabbilita taghhom favur il-hajja u favur il-familja    

    Il-Moviment Cana huwa sieheb fil-FAFCE li hija l-Federazzjoni tal-Assocjazzjonijiet tal-Familji Nsara fl-Ewropa. Il-FAFCE nehdiet Manifest ghall-Elezzjonjonijiet ghal-Parlament Ewropej u ser iduru il-kandidati prospettivi ghall-Parlament Ewropew mal-Ewropa kollha bil-hsieb li jigu individwalizzati dawk il-kandidati li lesti jaqbzu ghall-hajja u ghall-familja. Il-Moviment Cana wkoll f’Malta issieheb f’inizjattiva mal-Catholic Voices u flimkien nehdejna Manifest li jirrpomwovi il-ligigjiet favur il-hajja u favur il-familji. Il-Moviment Cana huwa xxurtjat illi din is-sena ser jorganizza l-laqgha annwali tal-FAFCE f’Malta fl-14 u l-15 ta’ Mejju 2019 u ser inkunu f’posizzjoni naqsmu mal-Assocjazzjonijiet tal-Familji Nsara mill-Ewropa kollha l-esperjenzi taghhom u l-inizjattvi li nistghu niehdu biex flimkien nahdmu favur il-hajja u biex nibqghu nissalvagwardjaw u nindukraw il-familja bhala tezor il-ghaliex familji b’sahhathom jaghmlu socjeta b’sahhitha.

    -------------------------------------------------------

    Diskors tad-Direttur, Mons Charles Attard

    Nagħtikom merħba għal din il-laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta’ Kana – appuntament biex nirriflettu mhux biss fuq il-qagħda ta’ din l-istituzzjoni responsabbli mill-pastorali tal-Familja f’Malta, imma wkoll neżaminaw il-ħidma kollha li saret matul is-sena li għaddiet.

    Mhux l-iskop ta’ din il-laqgħa li tkun biss figuri u tagħrif dwar dak li sar, imma wkoll biex nirriflettu fuq dak li jkun għaddej f’pajjiżna f’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntest tal-familja.

    Din hi ir-raġuni għaliex matul din il-laqgħa jkollna magħna mistieden speċjali biex jaqsam magħna il-ħsibijiet tiegħu fuq il-ħidma b’risq il-familja f’pajjiżna. Illum għandna fostna lir-Rev. Dr John Berry li huwa id-dekan tal-Fakulta’ tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta.

    Il-Ħidmiet

    Matul din is-sena ilħaqna ftehim mal-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, fejn ingħatajna ‘grant’ ta’ €30,000 fis-sena, għal tlett snin. Dan il-‘grant’ huwa esklussivament għas-servizz ta’ counselling li jipprovdi il-Moviment ta’ Kana. Irrid ngħid li biex wasalna għal dan il-pass, għaddejna minn ħafna siegħat ta’ diskussjoni. Dan il-‘grant’ qed ipoġġi fuq spallejna responsabilta’ kbira biex nibqgħu nagħtu l-aqwa servizz professjonali ta’ counselling lil dawk li jiġu jħabbtu il-bieb tal-Moviment ta’ Kana.

    Imma hawn ma nistax ma nsemmix weġgħa li għaddejjin minnha bħalissa xi ‘counsellors’ tagħna li ilhom snin twal jagħtu counselling b’mod mill-iktar dedikat u ġeneruż u li s’issa, sfortunatament għad m’għandhomx ‘warrant’ mill-Kunsill tal-Counsellors f’pajjiżna. Bħalissa għaddejjin b’kuntatti mal-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, biex il-counsellors tagħna jingħataw għallinqas ‘restricted warrant’.

     Il-Formazzjoni

    Tlett snin ilu, meta bdejt il-ħidma tiegħi bħala Direttur  tal-Moviment ta’ Kana, kont għidt li waħda mill-prijoritajiet tiegħi se tkun il-formazzjoni lill-membri għaliex kemm l-isfidi u kemm il-bidliet dejjem mgħaġġla li qed iseħħu fostna speċjalment fil-qasam tal-familja, hi meħtieġa formazzjoni kontinwa.

    Din il-formazzjoni il-Moviment ta’ Kana jagħmilha b’diverisi modi. Dawn huma:

    • L-iskemi ta’ formazzjoni tal-Grufan li l-kummissjoni formazzjoni, fi ħdan il-Kumitat Ċentrali joħroġ kull sena. Dawn l-iskemi ikunu mibnija ġeneralment fuq xi dokument tal-Papa. Is-suġġett tal-iskemi ta’ din is-sena huwa il-qdusija fid-dinja tal-lum u huma mibnija fuq l-Eżortazzjoni tal-Papa Franġisku, ‘Ifirħu u Tħennew’, Gaudete et Exultate.
    • Is-seminars ta’ formazzjoni lilkom koppji mexxejja. Is-seminars ta’ din is-sena kienu mibnija fuq l-Enċiklika ‘Humanae Vitae’ tal-Papa Pawlu VI. Min attenda għal dawn is-seminars, seta jinduna kemm kienu ippreparati tajjeb u kienu ta’ interess. Hawn nixtieq nirringrazzja  lil lecturers ta’ dawn is-seminars u nirringrazzja lilkom li attendejtu regolarment. Nirringrazzja wkoll l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali għall-għajnuna li jagħtina. Nixtieq ngħid li s-seminars għas-sena 2019 -2020 huma diġa ippjanati u għalhekk inkunu nistgħu inħabbruhom iktar tard. Minn issa nixtieq inħeġġeġ lil kulħadd speċjalment intom koppji mexxejja biex tieħdu opportunita’ minn dawn is-seminars ta’ formazzjoni għaliex l-isfidi kontra l-familja huma kbar u għalhekk ma jistax ikun li ma tkunx ippreparat tajjeb.  Jiddispjaċini ngħid li xi koppji mexxejja ma tarahom qatt għal dawn is-seminars. Min jaf għaliex!
    • Minn Jannar li għadda, kull l-aħħar Sibt tax-xahar bdejna wkoll training workshops flimkien tal-Association of Family Therapists. Kienu diversi dawk li attendew. Oħrajn qalulna li xtaqu jattendu imma l-ġurnata u l-ħin ma kienx adattat għalihom. Nittamaw li din is-sitwazzjoni nirranġawha.
    • Postna huwa wkoll fuq il-media u għalhekk din is-sena ħadna sehem f’żewġ sensiliet ta’ programmi fuq radju RTK bit-tema : Il-Familja Aħbar tajba. Hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk il-koppji li kienu miegħi f’dawn il-programmi. Grazzi kbira nixtieq ngħid lil dawk il-koppji li kienu miegħi fit-tieni sensiela li kienet tixxandar ‘live’ kull nhar ta’ Ħamis bejn it-8.00 u l-10.00 p.m. Hawn nixtieq ukoll nirringrazzja lil Christine Galea li darba kull xahar tikteb artiklu f’isem il-Moviment ta’ Kana f’waħda mill-gażżetti lokali.
    • Minn din is-sena il-Kumitat Ċentrali tal-GRUFAN beda proġett ġdid – iż-żjarat lill-gruppi tal-GRUFAN fil-parroċċi. L-iskop ta’ dawn iż-żjarat huwa biex insiru nafu iktar mill-qrib lill-membri ta’ dawn il-gruppi kif ukoll biex nisimgħu mingħandhom l-esperjenzi u d-diffikultajiet tagħħom. Dan il-proġett beda f’Marzu fil-parroċċa tal-Mosta.

    L-Eżortazzjoni ‘Christus Vivit’

    Ix-xahar li għadda fil-25 ta’ Marzu il-Papa Franġisku reġa irregalalna eżortazzjoni oħra dwar iż-żgħażagħ bl-isem ‘Christus Vivit’, ‘Kristu Ħaj’. Din l-eżortazzjoni hi frott tar-riflessjoni tal-Papa wara s-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ li sar f’Ruma f’Ottubru li għadda.

    Din l-eżortazzjoni ma tikkonċernax biss liż-żgħażagħ imma lil kulħadd u b’mod speċjali lil dawk li b’xi mod jew ieħor huma f’kuntatt maż-żgħażagħ speċjalment intom koppji mexxejja fil-korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ.

    Inħeġġiġkom biex taqrawha għaliex din l-eżortazzjoni tagħtina stampa brillanti tal-qagħdha taż-żgħażagħ fid-dinja: l-aspirazzjonijiet tagħhom, l-anzjetajiet tagħhom, il-biżat tagħhom, dak li jinfluwenza liż-żgħażagħa tagħna, il-ħbiberiji tagħhom, it-tamiet tagħhom.

    Jiena nemmen li din l-eżortazzjoni hi text book tajjeb ħafna għall-koppji mexxejja għaliex tagħtina stampa posittiva taż-żgħażagħ tal-lum, iż-żgħażagħa li intom tiltaqgħu magħhom fil-korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ.

    Inħeġġiġkom taqrawha speċjalment intom koppji mexxejja, għaliex meta intom taħsbu li, għax għandkom ċerta eta’, u forsi ma tħossukomx iktar kompetenti għal maż-żgħażagħ tal-lum, il-Papa jsejjaħ liż-żgħażagħ sabiex jersqu lejkom ħalli jgawdu mingħandkom l-esperjenzi tagħkom, il-ġmiel tal-passat, l-esperjenza tal-imħabba ġenwina tagħkom.

    Għal dawk li jixtiequ jaqraw din l-Eżortazzjoni minn issa imma bil-lingwa ingliża, din tinsab fis-sit tal-Laikos. Nittamaw li din l-eżortazzjoni ma ddumx ma tkun fostna bil-Malti wkoll.

    Nagħlaq billi f’isem il-President u l-Kunsill ta’ Kana, nirringrazzjakom tal-ħidma kbira u ġeneruża tagħkom; grazzi tal-impenn favur il-pastorali tal-familja; grazzi tad-dedikazzjoni sħiħa u tas-sagrifiċċju li tagħmlu.

    Nitlob lill-Madonna ta’  Kana sabiex tbierek lilna lkoll u l-ħidma kollha tagħna.








comments powered byDisqus