











Is-Suġġetti fil-Kors
Matul l-għaxar laqgħat tal-Kors għat-Tħejjija għaż-Żwieg Nisrani jiġu diskussi diversi suġġetti ta' rilevanza għall-ħajja miżżewġa, li jinkludu fost l-oħrajn il-komunikazzjoni, l-impenn, l-għażla ta' żwieġ sagrament, li nkunu ġenituri responsabbli, il-finanzi fiż-żwieġ u aktar.
Agħfas fuq dawn il-links biex tiskopri aktar dwar is-suġġetti ttratti f'kull laqgħa.
Laqgħa 1 - Insiru Nafu 'l Xulxin
Laqgħa 2 - Komunikazzjoni Effettiva
Laqgħa 3 - Konflitti u Kif Insolvuhom
Laqgħa 4 - L-Impenn
Laqgħa 5 - Is-Sesswalitá Tagħna
Laqgħa 6 - Ġenituri Responsabbli
Laqgħa 7 - Is-Sagrament taż-Żwieġ
Laqgħa 8 - Deċiżjonijiet Finanzjarji Sostenibbli
Laqgħa 9 - Fil-Ħajja ta' Kuljum
Laqgħa 10 - Aħna u l-Ġenituri Tagħna
It-Tħejjija
It-tħejjija għaż-żwieġ fiha diversi aspetti, li nistgħu niġbruhom fi tliet kategorija prinċipali: it-tħejjija formattiva, it-tħejjija uffiċjali u t-tħejjija reliġjuża.
►Agħfas hawn għal aktar dettalji.
Il-Laqgħa mal-Kappillan
Bħala parti mil-mixja fit-tħejjija għaż-żwieġ hemm il-laqgħa personali mal-kappillan. Dan popolarment nafuh bħala l-eżami taż-żwieġ, pero’ dan mhux eżami kif nifhmuh is-soltu. Dan hu mument fejn l-għarus u l-għarusa jiltaqgħu ndividwalment mal-kappillan rispettiv tagħhom.
►Agħfas hawn għal aktar dettalji dwar din il-laqgħa.
comments powered byDisqus