
















































Laqgħa Ġenerali Annwali 2018
Il-Moviment ta' Kana laqqa' l-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu l-Ġimgħa 20 ta’ April 2018, fis-6.00pm, fis-Sala San Ġorġ Preca, Istitut Kattoliku, il-Floriana.
Dan huwa mument importanti ħafna fejn il-Moviment iħares lejn il-ħidma tiegħu b’mod riflessiv u l-membri flimkien naraw il-viżjoni tagħna lejn il-futur.
Il-membri kienu wkoll indirizzati minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi.
Agħfas hawn għad-Diskors tal-President Dr Arthur Galea Salomone
Agħfas hawn għad-Diskors tad-Direttur Mons Charles Attard
Agħfas hawn għad-Diskors tad-Direttur tal-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali, Dun Jimmy Bonnici
Agħfas hawn għar-ritratti
Diskors tal-President Dr Arthur Galea Salomone
Hbieb,
Nilqaghkhom ghall-laqgha Annwali General u nirringrazzjakhom talli gejtu.
Nilqa’ lil l-Arcisqof Charles Scicluna u nirringrazzjah mhux biss tal-presenza tieghu, mhux biss tat-turija pubblika tas-sostenn li ser ikompli jaghti lill Moviment Cana imma talli hu l-vuci u ta’ eluf ta’ Maltin. Hawn min jinvoka s-separazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja bhala pretest biex johnoq il-vuci tal-Knisja. Il- Kelma t’Alla tixhet dawl fuq il-hajja socjali ta’ kull jum u ahna lkoll bhala Knisja ghandha l-obbligu nuru dan id-dawl, inwasslu din il-Kelma anke meta hija kelma skomda ghal mexxejja tal-pajjiz.
Ma nistax niftah din il-Laqgha Annwali Generali minghajr ma nsellem il-memorja ta’ Mons Charles Vella, il-fundatur tal-Moviment Kana, li fix-xahar ta’ Marzu ghadda ghall-hajja ahjar. M’ghandniex ilsien bizzejjed biex nizzu hajr lil Mulej tal-grazzji kbar li ghogbu jaghti lil Monsignur Vella tul hajtu u tad-doni kbar li rcevejna ahna permezz tal-hidma tieghu.
Mons Vella kien qassis vizjonarju li mill-bidu nett tal-mixja sacerdotali tieghu “kiser il-fruntieri tad-definizzjoni konvenzjonali ta’ qassis” biex vara inizjattivi pastorali innovattivi li ghadhom jaghtu l-frott sal-lum.
Huwa hadem qatiegh fil-pastorali tal-familji bhala l-fundatur u l-mutur tal-Moviment Kana li kien, ghadu u jibqa’ sinonomu mieghu. L-Arcisqof Gonzi kien irrefera ghall-inizjattiva ta’ Dun Charles Vella bhala provvidenzjali u tassew hi.
Nista’ nassikurakhom li l-Moviment Kana kien f’mohh u f’qalb Dun Charles kontinwament u sal-ahhar nett. Ma kienx ikolli telefonata wahda jew mqar zjara wahda li ma jkellimnix dwar x’qed jaghmel il-Moviment x’ghandu jaghmel il-Moviment biex jghin lil-familji u jsemma’ lehnu dwar dak kollu li jimpattja il-hajja tal-familji. Dun Charles kien jimpressjonani li minkejja l-eta’ tieghu baqa’ dejjem aggornat u zaghzugh fl-idejat.
Minbarra il-marka li halla fil-pastorali tal-familja, Mons Vella kien protagonist f’oqsma pastorali ohrajn fosthom fl-evangelizzazjoni, permezz tal-kitba u x-xandir religjuz.
Gewwa l-Italja, ghal dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin, filwaqt li kompla fil-pastorali tal-familja, iddedika ruhu bis-shih ghas-servizz tal-morda fl-Isptar San Raffaele, f’Milan.
Lil hinn mir-rwoli istituzjonali tieghu Mons Vella jew Dun Charles, kif hafna minna konna nsejhulu b’mod affettiv, kien kunsillier gharef, hassieb avant garde u osservatur socjali li gharaf is-sinjali ta’ zmienu. Fuq kollox u ghal hafna minna, kien habib sincier, b’qalbu f’idu, dejjem lest biex jghin.
Nixtieq naghlaq din il-parentesi billi nisraq referenza li ghamel Dun Charles stess fil-ktieb tieghu Sinjali ta’ Zminijietna mill-ktieb ta’ Morris West “The Shoes of the Fisherman”. Fid-dahla tal-ktieb tieghu Dun Charles jiccita lil Morris West li kiteb hekk;
“Ahna li ahna, ghas-servizz ta’ Alla, permezz tas-servizz lill-bnedmin.”
Grazzi Dun Charles ta’ hajja twila fis-servizz ta’ Alla, permezz tas-servizz lill-bnedmin u strieh fis-sliem.
Din is-sena, bhal dawk ta’ qabilha, kienet sena mimlija sfidi. Huwa b’dispjacir li jkolli nerga nigi quddiemkhom minghajr ma nista nhabbar zblokk fid-diskussjonijiet mal-Gvern dwar xi forma ta’ arrangament annwali ghall-fondi. Fuq nota pozittiva pero l-Arcisqof pubblikament stqarr li l-Knisja ser jaghmel tajjeb fejn il-Gvern ma jasalx.
Dan huwa pozittiv pero’ nibqghu konvinti li l-kontribut li qed jaghtu l-Movimenti kollha li jahdmu fil-pastorali tal-familja, inkluz il-Moviment Kana ghandu jigi valorizzat mill-Gvern. Il-familja hija rizorsa importanti tal-pajjiz. Ahna m’ahniex qed nitolbu karita’ ahna qed nitolbu sostenn ghax-xoghol volontarju fejjiedi. B’kull zwieg li nsahhu u b’kull relazzjoni li nsalvaw qed insahhu s-socjeta’, il-ghaliex familji b’sahhithom jaghmlu socjeta b’sahhitha.
Jekk irridu nitkellmu f’termini finanzjarji, il-ghaliex hafna drabi dan huwa l-lingwagg li jifhem il-Gvern, b’kull zwieg li nsahhu, sew bit-thejjija u sew bil-counselling, u b’kull relazzjoni li nsalvaw qed niffrankaw piz finanzjarju lil-istat, il-ghaliex relazzjonjiet mfarrka huma ta’ piz finanzjarju ghall-istat u dan minbarra l-pizijiet u l-wegghat li tifrik ta’ relazzjonijiet ihallu fuq il-koppji nfushom, fuq it-tfal, il-genituri u l-qraba tal-koppji.
Fl-ahhar ma nistax ma nsemmix l-izviluppi legislattivi li qed jigu diskussi fil-pajjiz. Ftit gimghat ilu kellna diskussjoni dwar l-idejologija tal-generu li tichad ir-reciprocita’ naturali ta’ ragel u mara u tnawwar il-bazi antropologika tal-familja kif nafuha. Skond l-idejologija tal-generu, naghzel jien il-generu tieghi, irrispettivament mis-sess tieghi u naslu biex nipprofessaw d-dritt li jkollna t-tfal independentement mill-att sesswali.
Issa qed nassistu ghad-dibattitu twar tibdil ghal-Ligi dwar il-Protezzjoni tal-Embrjun u qed jigi propost l-iffrizar tal-embrjuni, l-access ghall-IVF ghal genituri single u koppji gay u s-surrogocy. Smajna li dan kollu qed isir f’isem l-ugwaljanza. X’ugwaljanza hi li lil-embrjun wiehed nghidulu ser naghtuk il-possibilita li tghix u ser nippjantawk go guf u lill-iehor nghidulu lilek ser niffrizawk u jekk il-genituri tieghek ma jigux ghalik ghaxar, hmistax il-sena ohra hemm possibilta’ remota li jitfacca xi hadd biex jaddottak.
X’ugwaljanza hi li lil tarbija wahda nghidulha int ser ikollok omm u missier, lil ohra nghidulha int ser ikollok zewg missiriijet imma ser incahhduk milli jkollok omm u lit-tarbija l-ohra nghidulha int ser ikollok single mother u ghall-issa ser incahhduk ukoll mid-dritt li tkun taf min hu missierek, min huma hutek u min huma l-qraba tieghek.
Din m’hi ugwaljanza xejn. Din hija politika fejn l-ahjar interessi tat-tfal huma relegati ghal-bzonnijiet u x-xewqat tal-genituri prospettivi, nobbli kemm huma nobbli. Din hija ligi li ddawwar wiccha ghad-diffrenzi tan-natura, li tichad il-kumplimentarjeta tar-ragel u l-mara, il-missier u l-omm u tiddiskrimina b’mod palesi bejn it-trabi.
F’dan il-kuntest l-att riprodduttiv jinfatam mir-relazzjoni sesswali u jsir process ta’ manipulazzjoni. Il-mentalita’ ta’ “Naghzel jien kif u meta tibda l-hajja, barra l-kuntest tal-att sesswali, iwassal inevitabbilment ghal punt, u dan mhux fil-boghod hafna, li naghzel jien anke meta tispicca l-hajja. Fil-fatt gja bdejna naraw tfigg l-agenda tal-abort u tal-ewtanasja.
Hbieb ifthu ghajnejkhom u semmghu lehinkhom il-ghaliex dawn l-iziluppi fi ftit snin ser iwasslu ghal-tibdil radikali u irrevokabbli fit-tessut tal-familja u s-socjeta’ Maltija.
Dan mhux qed nghiduh biex nallarmawkhom jew biex naqtghulkhom qalbkhom imma biex inheggukhom tinformaw ruhkhom u ssemmghu lehinkhom.
Minbarra dak li jinkwetana ghandna dak li jferrahna ukoll. Papa Frangisku ghadu kif ippubblika esortazzjoni Apostolika ohra intitolata, Gaudate et exsultate, Ifirhu u thennew. Hija sejha biex nitqaddsu fl-ordinarjeta’ tal-hajja ta’ kull jum b’gesti zghar u semplici, kull wiehed u wahda minna fis-sejha partikolari tieghu ispirati mir-Roadmap tal-Beatitudnijiet. Hija kelma li timlina b’kuragg u tama u ghalhekk ghandna verament biex nifirhu u nithennew.
Grazzi.
Diskors tad-Direttur Mons Charles Attard
Nagħtikom merħba għal din il-laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta’ Kana – appuntament biex nirriflettu fuq il-qagħda ta’ din l-istituzzjoni responsabbli mill-pastorali tal-familja f’Malta.
Meta noqgħod naħseb fuq din il-frażi : “Il-Moviment ta’ Kana bħala responsabbli għall-pastorali tal-Familja” nibda nistaqsi lili nnifsi, “imma veru li l-Moviment ta’ Kana huwa responsabbli mill-pastorali kollha tal-familja?” Din il-mistoqsija nagħmilha regolarment lili nnifsi bħala eżami tal-kuxjenza tiegħi u ta’ kulħadd. Qegħdin fi żmien fejn kulħadd huwa mgħobbi b’impenji personali u familjari u dan mhux iħalli ħin biżżejjed u ta’ kwalita’ għall-familja, aħseb u ara kemm ħin ta’ kwalita’ għall-qasam pastorali tal-familja – qasam li kulma jmur dejjem qed ikun iċċalinġjat minn kull naħa.
Jekk nieħdu l-qasam tat-tħejjija għaż-żwieġ għall-għarajjes – qasam tant importanti fil-pastorali tal-familja – naraw kemm dawn iż-żgħażagħ minkejja li ħafna minnhom jibdew il-kors ta’ Kana b’nofs qalb, imma fl-aħħar japprezzaw dak li jaraw mill-koppji mexxejja, japprezzaw l-impenn, id-dedikazzjoni, il-qsim tal-esperjenzi u l-eżempji tajba li tgħaddulhom u l-qalb tajba tagħkom.
Dan l-apprezzament tal-għarajjes ikompli jiġi kkonfermat meta dawn jiġu mitluba jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-kors. X’uħud minn dawn il-kummenti huma:
- “Kieku konna nafu bil-kors, konna nagħmluh qabel”.
- “Morru, għax huwa kors interessanti ħafna”.
- “ħafna jarawh ‘boring’ imma dan mhux minnu”.
- “M’hemmx x’tagħmel, ikollok tagħmlu”.
- “iddispjaċiena li spiċċa!”
- “ħudu interess; fih x’titgħallem!”
- “nixtiequ nerġgħu nibdewh u ngħixuh”.
Dawn huma biss ftit kummenti li jġegħluna nirriflettu fuq dan il-qasam pastorali tal-familja. Dawn huma kummenti li jkomplu jqawwulna qalbna biex naħdmu iktar għall-formazzjoni.
Kien għalhekk li flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali komplejna għaddejjin bis-seminars ta’ formazzjoni għalikom koppji mexxejja. Il-kummenti li semmejt iktar ‘il fuq jixħtu fuqna lkoll responsabilta’ kbira biex nieħu din l-għajnuna b’impenn kbir. Hawn nixtieq ngħid grazzi kbira lilkom koppji mexxejja li attendejtu regolarment għal dawn is-seminars. Imma ma nistax ma nurix id-dispjaċir tiegħi għal dawk il-koppji li ma rajnihom qatt. Jiddispjaċini ħafna meta xi koppji għarajjes, meta jiġu biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq il-koppji mexxejja, jagħmlu kummenti negattivi u nistaqsi lili nnifsi, “min jaf għaliex dawn il-kummenti!”
Imma mbagħad ikollok kumment minn koppja għarajjes li għamlu l-kors fejn stqarrew hekk: “ Nispera li jiena u nofs l-ieħor inkunu nistgħu aħna wkoll inkunu koppji mexxejja fil-futur”. Anke hawn nistaqsi lili nnifsi, “ min jaf għaliex sar dan il-kummenti!”
Il-Malti jgħid, “bla flus, la tgħannaq u lanqas tbus” jgħid ukoll, “ heq il-familja trid...!” Kif se taraw din is-sena wkoll il-Moviment ta’ Kana reġa’ irreġistra deficit. Mill-kalkoli li għamilna dan l-aħħar indunajna li l-Moviment ta’ Kana u allura l-istituzzjoni responsabbli mill-pastorali tal-familja fid-djoċesi tagħna, għandha bżonn madwar €600 kuljum. Dan minbarra siegħat twal ta’ xogħol volontarju minn diversi ‘counsellors’, xogħol volontarju kbir li tagħmlu intom il-koppji mexxejja u membri oħrajn tal-Moviment, xogħol volontarju li jagħmlu diversi ‘leaders’ ta’ gruppi fi ħdan il-Moviment, xogħol volontarju li jagħmlu l-professjonisti fosthom il-membri tal-Kunsill ta’ Kana eċċ. Kieku kellna nikkalkolaw dan ix-xogħol ukoll, kieku l-‘operational costs’ kien ikun ferm u ferm iktar ogħla. Żgur li bħalissa għaddejjin ħafna mistoqsijiet minn moħħkom u dan bir-raġun, għax intom li tħobbu l-Moviment ta’ Kana, tkunu tixtiequ li s-sitwazzjoni finanzjarja tkun aħjar. Meta ftit ġimgħat ilu sar il-funeral tal-fundatur tagħna, Mons. Charles Vella, l-Arċisqof fl-omelija qal hekk, “ jekk l-istat mhux se jgħin finanzjarjament lill-Moviment ta’ Kana, se tkun il-Knisja f’Malta li tasal biex tidħol responsabbli għall-finanzjament.” Din hi dikjarazzjoni solenni u qawwija. S’issa għadna nittamaw li aħna wkoll “nieklu mill-frak li jaqa’ mill-mejda tas-sidien tagħna.” Lejn l-aħħar tal-omelija tal-funeral Mons. Arċisqof sellem lil Dun Charles Vella b’dan il-kliem, “strieħ fis-sliem Dun Charles, ix-xogħol li bdejt int se nkompluh aħna...”. Iva inkompluh aħna u nittamaw li jkollna s-support mid-djoċesi biex dan ix-xogħol ikompli.
Nieħu din l-okkażjoni biex nagħmel appella speċjali lilkom operaturi pastorali tal-familja fil-parroċċi biex tieħdu interess u taqraw fuq dak kollu li jkun għaddej fid-diskussjonijiet li jolqtu lill-aspetti kollha tal-familja. Meta ngħid “taqraw” ifisser li taqraw speċjalment id-dokumenti tal-Knisja li jitrattaw il-familja. Bħalissa għandi f’moħħi id-dokument straordinarju tal-Papa “Amoris Laetitia” li issa diġa’ ilu sentejn f’idejna. Min qara dan id-dokument jinduna bil-minjiera ta’ pastorali li fih dan id-dokument.
Qed nagħmel dan l-appell għaliex intom ikollkom ħafna kuntatti mal-familji u speċjalment ma’ koppji li qed jgħixu f’sitwazzjonijiet kumplessi. Inkuraġġuhom biex jibdew mixja ta’ dixxerniment u akkumpanjament. Ġieli nkun qed nitkellem ma’ koppji li jkunu qed jgħixu f’dawn iċ-ċirkustanzi u jkunu jixtiequ jkunu jafu x’jistgħu jagħmlu. Inħeġġuhom biex jersqu lejn xi ħadd li jkun jista’ jakkumpanjahom. Il-Papa Franġisku jgħidilna, “irridu nkunu aħna li nersqu lejn dawn in-nies li huma feruti”.
Appell ieħor nagħmlu lilkom koppji mexxejja tal-Kors ta’ Kana. Jekk matul il-kors tintebħu b’xi koppji li jkollhom xi problema fir-relazzjoni tagħhom, ħeġġuhom biex ifittxu s-servizzi ta’ ‘counselling’ li joffri l-Moviment ta’ Kana. Anke hawn ġieli niltaqa’ ma’ koppji għarajjes li ma jafux b’dawn is-servizzi.
Din is-sena qegħdin niċċelebraw il-50 sena tal-Enċiklika “Humanae Vitae” tal-Papa Pawlu VI. Dan huwa dokument ieħor li sfortunatament ħafna interpretawh ħażin jew ma qrawhx u qagħdu biss fuq dak li ġabu l-gażżetti. Il-Moviment ta’ Kana beħsiebna nfakkru dan id-dokument jekk Alla jrid fil-ftuħ tas-sena pastorali lejn l-aħħar ta’ Settembru. Il-ħsieb tagħna ukoll huwa li s-seminars għall-koppji mexxejja jkunu fuq id-diversi aspetti ta’ dan id-dokument. Dan se nagħmlu għaliex għandna bżonn urġenti li fil-Kors ta’ Kana inħeġġu lill-għarajjes biex ikunu jafu li fost il-ħafna metodi, hemm il-metodu naturali. Ninnota li waqt il-kors ta’ Kana mhux qed isir sforz biżżejjed biex l-għarajjes jitgħallmu dan il-metodu. Diversi teachers tan-Natural Family Planning tal-Moviment ta’ Kana jilmentaw li mhux qed ikollhom korsijiet – ħaddiema bla xogħol.
Konklużjoni
Nagħlaq billi f’isem il-Kunsill ta’ Kana nirringrazzjakom tal-ħidma ġeneruża tagħkom; grazzi tal-impen favur il-familja; grazzi tad-dedikazzjoni sħiħa u tas-sagrifiċċju li tagħmlu. Nitlob lill-Madonna ta’ Kana tbierek lilna lkoll u l-ħidma kollha tagħna.
Diskors tad-Direttur tal-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali, Dun Jimmy Bonnici
comments powered byDisqus