
















































Grazzi Miriam
Il-Moviment ta' Kana jinsab imnikket għat-telfa ta' Miriam Portelli, li flimkien ma' żewġha Frans, ħadmet bis-sħiħ favur il-Moviment ta' Kana. Il-Koppja Portelli kienu fost l-ewwel koppji li flimkien mal-fundatur Mons. Charles Vella, welldu l-Moviment.
Mons. Vella qiegħed jibgħat dan il-messaġġ :
"Dal-għodu festa tal-Kunċizzjoni, anniversarju tal-Ordinazzjoni, waslitli l-aħbar ta' swied il-qalb tat-telfa li ġarrab il-ħabib Frans tal-għażiża martu Miram, mara mżejna b'tant virtù u mogħtija għall-għajuna ta' kullħadd bħas-Samaritana. Jiena u l-Moviment rikkonoxxenti ferm għall-ħidma ħerqana, it-tjubija u l-ġid li għamlet ma' Frans f'ħamsin sena ta' dedikazzjoni lill-Moviment. Għalija kienu l-kolonna ta' Kana u jiena kelli fiduċja fihom f'Kana, bħal li kieku kienu aħwa. Kieku ma kontx l-isptar kont niġi Malta, imma noffri kollox għal din il-koppja tad-deheb mimlijin fidi, spiritwalità u devozzjoni lejn il-Madonna ta' Lourdes, fejn kull sena kienu jmorru biex jgħinu lill-ħuthom morda. Ningħaqgħad magħkom fil-Quddiesa għal ruħ Miriam, li titlob għal Frans u għalina lkoll.
Il-ħabib u ħukom,
Fr Charles"
Ir-rivista Familjakana, fil-ħarġa numru 578 ta' Marzu 2013, kienet ippubblikat intervista mal-koppja Portelli, fis-sensiela Koppji ta' Veru. Tista' ssib din l-intervista hawnhekk.
Il-Moviment jingħaqad mal-Fundatur f'dan il-kliem sabiħ, filwaqt li nitolbu għal ruħ l-għażiża Miriam:
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem,
Id-dawl ta' dejjem jiddi fuqha
Tistireħ fis-sliem.
Ammen.
Il-quddiesa tal-funeral se ssir għada l-Ħamis 10 ta' Diċembru 2015, fil-Knisja Parrokkjali ta' Ħal-Balzan, fit-8.30am.
Koppja_ta_Veru_-_Frans_u_Miriam_Portelli.144964894154.pdf
comments powered byDisqus