Stqarrija għall-Istampa - Press Release
Press Release
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Awguri u Grazzi Fr Joe!
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
The heroic priest who died on the Titanic
Grazzi Miriam
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Mum, Dad and Kids
Bidu tas-Sena Pastorali 2019/2020
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Gruppi Familji Nsara
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
Precautionary principle
No Man is an Island
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Awguri !
MERĦBA Mons. Charles Attard
A SMILE AND JOY
Who’ll care for our elderly?
Bridging the Gap 
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Reflections on Embryo Freezing
Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament
Quddiesa għall-Għarajjes
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Dan kollu għalfejn?
Mons. Charles Vella
Biex Siġra titla’ Dritta
Mother & Baby Club Meetings
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
Love, sex and marriage in liberal societies
Good, healthy families
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Iż-Żwieġ u l-Familja
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Laqgħa Ġenerali Annwali 2018
Raġel li ħafer lil martu 

  • Biex Siġra titla’ Dritta

  • minn Ronnie Gauci

    L-ebda siġra ma titla’ dritta waħidha. Meta jpoġġu xi siġra ġdida fit-toroq tagħna, il-ħaddiema jkunu pronti jorbtuha ma’ xi biċċa zokk oħxon ħalli dik is-siġra ġdida u dgħajfa titla’ dritta u tkun tiflaħ żżomm kontra r-riħ. Jekk ma jagħmlux hekk m’hemmx dubju li dik is-siġra ċkejkna u rqiqa titqaċċat bil-maltemp jew inkella titla’ mmejla waħda sew – siġra kerha!

    Imbagħad ladarba z-zokk jeħxien m’hemmx ċans li dik is-siġra se tiġi dritta. Jekk tuża l-forza tista’ biss tqaċċatha... imma ġġibha dritta qatt!

    L-istess it-tfal. Il-Ġiżwiti jgħidu: “Agħtini tarbija ħalli nrabbiha sakemm ikollha 5 snin, imbagħad ħudha u rabbiha kif trid!” Dan jurina l-importanza ta’ trobbija tajba miċ-ċokon. Bħal siġra ġdida, it-tfal jkollhom bżonn id-dixxiplina biex jitilgħu sew u jkunu ċittadini onesti, bieżla u responsabbli b’ valuri morali sodi. Kieku dik is-siġra kellha titkellem, min jaf kemm tgerger u tibki u twerżaq u tgħajjat....li huma bla qalb dawk il-ħaddiema li jkunu qed jorbtuha ma’ dak iz-zokk biex tikber dritta u sabiħa.

    U naturalment anke t-tfal ħafna drabi jagħmlu l-istess. Jipprotestaw, igergru, jibku u forsi anke jgħidulna li ma nħobbuhomx. Iżda aħna bħala ġenituri nafu li bla dixxiplina, it-tfal jitilgħu ħażin u żgur li meta jikbru jistgħu jagħmlu ħsara lilhom infushom u lill-oħrajn.

    Ferm importanti li fejn tidħol it-trobbija tat-tfal u d-dixxiplina tal-ulied, l-omm u l-missier jridu jiġbdu ħabel wieħed, għax inkella...wieħed jibni u l-ieħor iħott. B’riżultat li t-tfal jitilgħu egoisti, bla sinsla u b’karattru dgħajjef. “Il-fsied iħassar l-ulied”, proverbju Malti li żgur li fih ħafna verità.

    Iż-żmien tas-swat fuq it-tfal għadda u mar, imma dan ma jfissirx li għadda ż-żmien tad-dixxiplina fil-familja. Dixxiplina bl-imħabba. Iżda d-dixxiplina trid tkun osda u kostanti. Iva iva u le le. Naturalment dejjem timxi skont l-età. Aktar ma jikbru t-tfal aktar tidjaloga u tfiehem u aktar titlob!

    Iltqajt ma’ żewġ eżempji kważi strambi ta’ dixxiplina li huma oriġinali għall-aħħar pero li ħallew l-effett mixtieq. Forsi wieħed jista’ jimitahom...min jaf!

    L-ewwel esperjenza se neħodha mill-ktieb: “Chicken Soup for the teenage soul”. Jason, ġuvni Spanjol, kien għadu kif għalaq it-tmintax-il sena u ġab il-liċenzja tas-sewqan. Jum wieħed missieru qallu biex iwasslu sal-belt kmieni filgħodu u wara jibqa’ sejjer f’ raħal qrib u jħalli l-karozza għas-service fejn diġa’ kellu l-appuntament għalih. Fl-4 ta’ filgħaxija kellu jerġa’ jgħaddi għalih il-belt ħalli flimkien imorru lura d-dar. Jason kollu ferħan li kien se jsuq il-karozza ta’ missieru għall-ewwel darba, aċċetta bil-qalb.

    Wassal lil missieru sal-belt, imbagħad telaq lejn il-garaxx biex iħalli l-karozza għas-service. Mela kif ħareġ mill-garaxx, iltaqa’ ma’ żewġt iħbieb li kien ilu ferm ma jarahom. Stednuh biex imorru ġirja flimkien u anke jaraw xi film jew tnejn. Jason nesa għal kollox il-ftehim li kellu ma’ missieru li fl-4 ta’ filgħaxija kellu jgħaddi għalih biex jirritornaw flimkien id-dar. Jason u sħabu flok film wieħed raw tnejn u ftit drinks...taf int meta tiltaqa’ mal-ħbieb!

    Il-ħin tar! Xħin saru s-sitta ta’ filgħaxija, Jason ġie f’sensih. Ħarab lejn il-graxx, ħallas lill-mekkanik u saq kemm felaħ lejn il-belt fejn sab lil missieru jippassiġġa ‘l hawn u ‘l hemm. Kif il-missier daħal fil-karozza, Jason beda jħarref u jigdeb. Qal li l-karozza kellha bżonn ta’ ħafna tiswijiet u allura s- service ħa fit-tul ferm aktar milli kien basar il-missier.

    “Waqqaf il-karozza Jason,” qal il-missier, “għala qed tigdibli?” Jason kien pront waqqaf il-karozza, “Le Pa, il-verità qed ngħidlek,” wieġeb iż-żagħżugħ. “Tassew li qed tiddiżappuntani ibni. Għaliex m’għedtlix il-verità? Ma kellekx għalfejn toqgħod tigdibli. Meta ma ġejtx fl-4pm jiena ċempilt il-garaxx u l-mekkanik qalli li l-karozza kienet ilha lesta, iżda inti ma kontx mort għaliha!” qal b’qalb sewda il-missier.

    Il-ġuvni nħasad...xtaq l-art tibilgħu bil-mistħija. Ma felaħx jgħid kelma oħra. “Miniex irrabjat miegħek ibni, imma ninsab irrabjat miegħi nnifsi! Qed ninduna li fallejt bħala missier ladarba rabbejt tifel li mhux kapaċi jgħid il-verità lil missieru. Żbaljajt, x’ imkien żbaljajt. Mela issa, se nimxi minn hawn sad-dar ħalli noqgħod nifli, naħseb u nagħrbel fejn żbaljajt fit-trobbija tiegħek ibni.”

    Il-missier qabad u niżel mill-karozza u beda miexi lejn id-dar. Jason niżel warajh u b’ vuċi għolja qallu: “Le pa, ma jistax ikun. Sad-dar hawn aktar minn 40 kilometru u diġa beda jidlam. Jien missni nimxiha sad-dar mhux int!” Kien kollu għalxejn. Il-missier għaddas rasu u baqa’ miexi sieket u b’rasu baxxuta. Jason ma kellux għażla...ħlief li jsuq warajh bil-mod il-mod.

    Meta Jason beda jara lil missieru jgħejja jew jogħtor, peress li kellu l-artrite, kienet taqbiżlu demgħa minn għajnejh. Damu mexjin hekk kważi erba’ sigħat. Din l-esperjenza stampat ruħha f’ moħħ u qalb Jason għal dejjem.

    Huwa jistqarr li qatt aktar ma qal gidba oħra...la lil missieru.. u lanqas lil xi ħadd ieħor. Dik it-tagħlima ma nesieha qatt. Qatt. Huwa jgħid li: “Dakinhar sirt raġel...matur u onest!” il-missier kien għallem lil ibnu billi kkastiga lilu nnifsu!

    Esperjenza oħra simili qrajtha x’imkien pero ma nistax niftakar fejn! Din id-darba tirrigwarda omm u bintha ta’ xi 18-il sena. L-argumenti kienu ilhom sejrin bejniethom. Fuq xiex? Fuq l-aktar problema komuni ta’ min ikollu ulied li jibdew joħorġu mal-ħbieb is-Sibt filgħaxija. Sa fl-aħħar kien intlaħaq kompromess! Għal ftit taż-żmien ... l-argumenti naqsu sew. Iżda darba waħda, it-tfajla ltaqgħet ma’ grupp ta’ ħbieb li kienet ilha ħafna ma tara. Hija nsiet għal kollox il-ftehim li kellha ma’ ommha. Mank almenu bagħtet messaġġ li kienet se tittardja...xejn! Spiċċat biex daħlet id-dar il-Ħadd filgħodu mat-tbexbix.

    Flok ma skużat ruħha u ammettiet li kienet żbaljat, bdiet iġġib ħafna skużi banali u ħafna gideb bla sens. L-omm qaltilha li biex tpatti għal għemil tagħha, fl-ikla tal-Ħadd f’ nofsinhar hija kien se jkollha tiekol ftit ħobż mixwi u xejn aktar. Ma kienx hemm għajjat u lanqas tisbit min-naħa tal-omm. It-tfajla baxxiet rasha u telqet f’kamritha. L-omm kienet taf li l-platt favorit ta’ bintha kien il-patata l-forn. Allura għamlet ħilitha biex tipprepara ikla patata l-forn iddoqq l-iskotti! U naturalment naqra deżerta tajba għal wara!

    X’ħin sar il-ħin għall-ikel, il-familja kollha nġabret madwar il-mejda għall-ikla tal-Ħadd. Ir-riħa tal-patata l-forn kienet taqsamlek qalbek. Xħin it-tfajla daħlet fil-kċina ħasset għafsa ta’ qalb! U dik it-trifle miksiha coconut kienet qisha manna! Meta t-tfajla rat il-platti mimlija ta’ ħutha, missierha u ommha, telgħetilha għoqla fi ġriżmejha. Ommha poġġietilha platt bil-ħobż mixwi quddiemha u l-missier qal it-talba.

    Kulħadd beda jiekol bil-qalb u jagħti l-prosit lil omm ta’ dik l-ikla stupenda li kienet ippreparat. Iżda l-omm ma kilitx! Baqgħet tħares lejn il-platt b’rasha baxxuta. It-tfajla bdiet tnaqqar il-ħobż mixwi. Iżda l-omm waqfitha...

    Hija ġibdet il-platt bil-ħobż mixwi lejha u poġġiet il-platt tagħha bil-patata l-forn quddiem bintha fil-waqt li qaltilha: “Dan kulu inti...jiena se niekol il-ħobż mixwi... forsi kont jien li żbaljajt fit-trobbija tiegħek...forsi t-tort ta’ dak li ġara filgħodu kmieni huwa tiegħi! Irrid nara fejn żbaljajna jien u missierek biex inti ħassejt li kellek tigdeb u ma kontx kapaċi tkun onesta magħna.”

    It-tfajla kienet ilha ma tiekol sew u ma felħitx tirreżisti dak l-ikel bnin ifuh quddiemha! “Ejja naqsmuh almenu ma,” qalet b’ vuċi baxxa t-tfajla. “Le binti..ħallini ħa nieħdu jien il-ħobż mixwi...irrid nara għaliex rabbejna tfajla li mhix kapaċi tobdi ...jew almenu li tkun kapaċi tammetti li żbaljat.”

    It-tfajla kielet, pero bid-dmugħ f’għajnejha. Hija tistqarr: “Dakinhar jiena sirt mara, mara matura u ta’ kelmti . Dik id-dehra ta’ ommi tiekol il-ħobż mixwi floki ma ninsiha qatt żgur. Dik l-esperjenza bidlitli ħajti darba għal dejjem.

    Dawn huma żewġ eżempji ta’ dixxiplina kemmxejn ‘strambi’ pero żgur li ħallew l-effett mixtieq fuq l-ulied li żbaljaw f’ għemilhom u l-effett baqa’ fuqhom tul ħajjtihom kollha.

    Xi ħaġa bħal dawn ma’ tfal li jkunu kibru żgur li tħalli marka fit-trobbija tagħhom għal dejjem.








comments powered byDisqus