
















































Mons. Charles Vella
B'soghba kbira l-Moviment ta' Kana jhabbar li l-fundatur Mons. Charles Vella ghadda ghall-hajja ta' dejjem.
Aghtih O Mulej il-mistrieh ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqu, jistrieh fis-sliem. Ammen.
Il-funeral se jsir il-Hamis 22 ta' Marzu fid-8.45am fil-Knisja Parrokkjali ta' San Girgor, Tas-Sliema.
-------------------------------------
Il-membri tal-Gruppi Familji Nsara (Grufan) fi ħdan il-Moviment ta’ Kana, juru s-sobgħa tagħhom għat-telfa ta’ Monsinjur Charles Vella, il-Fundatur tal-Moviment ta’ Kana. Monsinjur Charles Vella ħadem qatigħ favur it-tisħiħ tal-familja f’Malta permezz ta’ korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ, tat-twaqqif tal-Grufan u tal-provvediment ta’ sevizzi oħra immirati lejn il-koppji Maltin.
Dak li waqqaf Monsinjur Charles Vella aktar minn 60 sena ilu għadu jagħti l-frott sal-lum u bl-għajnuna t’Alla dak li beda Monsinjur Vella jibqa’ ħaj għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.
Gruppi Familji Nsara.
comments powered byDisqus