Stqarrija għall-Istampa - Press Release
Press Release
Il-Konflitti fiż-Żwieġ : Hemm soluzzjoni?
Archive
Lill-Għarajjes f’Jum it-Tieġ
Fiż-Żwieġ Inqaddsu lil Xulxin
Awguri u Grazzi Fr Joe!
Amoris Laetitia - The Joy of Love
Obituary : Paul Attard
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Moviment ta' Kana
The heroic priest who died on the Titanic
Grazzi Miriam
Quddiesa għall-Familji mill-Gruppi Familji Nsara
Quddiesa għall-Miżżewġin Ġodda
Laqgħa tar-Randan mill-Gruppi Familji Nsara
Cana Launches New Initiative for Families
Quddiesa mill-GFN għall-Jum Dinjiji tal-Familja
Konferenza dwar il-Familja
Mum, Dad and Kids
Bidu tas-Sena Pastorali 2019/2020
Changing Times: Impacts of time on Family Life
Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Gruppi Familji Nsara
Il-Fundatur jiltaqa' mal-Papa
Sign the Campaign - I AM PRO-LIFE - JIEN FAVUR IL-ĦAJJA
Precautionary principle
No Man is an Island
GĦAMMRU U TGĦAMMRU
Enjoying Your Marriage Journey… Even When it’s Difficult
Awguri !
MERĦBA Mons. Charles Attard
A SMILE AND JOY
Who’ll care for our elderly?
Bridging the Gap 
Għarfien dwar il-vjolenza domestika
Reflections on Embryo Freezing
Iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament
Quddiesa għall-Għarajjes
AWGURI u GRAZZI Dun Karm
Dan kollu għalfejn?
Mons. Charles Vella
Biex Siġra titla’ Dritta
Mother & Baby Club Meetings
Surrogate motherhood report rejected by the Council of Europe
Love, sex and marriage in liberal societies
Good, healthy families
L-Ewwel Ħadd ta’ Frar - JUM L-ĦAJJA
Iż-Żwieġ u l-Familja
WARA S-SINODU TAL-FAMILJA ...
Laqgħa Ġenerali Annwali 2018
Raġel li ħafer lil martu 

  • Raġel li ħafer lil martu

  • Kitba ta’ Ronnie Gauci

    Din l-esperjenza laqtitni ħafna. Impressjonatni ferm. Iltqajt magħha fil-ktieb sabiħ ta’ Patri Elija Vella li jismu ‘Kristoterapija’. Dan ktieb li nissuġġerih lil kulħadd għax fih x’ tomgħod u x’tixtarr, jekk wieħed jieħu bis-serjetà l-ħajja spritwali tiegħu.

    Mela darba waħda Patri Elija kien qed jippriedka rtir fi Sqallija. L-irtir għalaq b’quddiesa u l-patri kien għajjien mejjet. Kif spiċċat il-quddiesa telaq lejn kamartu għax kien tassew għajjien. Iżda kien hemm mara li donnha kienet għassa tiegħu. Patri Elija pprova jevitaha ... iżda hi nsistiet li riedet tkellmu, imqar għal ftit minuti. Ma setax jgħidilha le. Sabu kamra u l-ewwel ħaġa li qaltlu kienet li għamlet vjaġġ ta’ tliet sigħat biex tkellmu u tiftaħ qalbha miegħu.

    Patri Elija ddeċieda li jagħtiha l-attenzjoni kollha possibli. Kienet mara żagħżugħa ta’ mhux aktar minn 28 sena. Kif poġġiet bilqiegħda infexxet f’bikja ħerqana mimlija uġigħ tal-qalb. Wara xi 10 minuti ħadet ftit tar-ruħ. Il-father baqa’ sieket jitlob għaliha. L-ewwel ħaġa li qaltlu messet qalb Patri Elija. “Father,” qaltlu “jiena marida bl-AIDS ... qiegħda nistenna l-mewt.” Patri Elija ħass xokk ma’ ġismu kollu! Huwa qam bil-wieqfa, fetaħ idejh beraħ ... u ħaddanha miegħu, sabiex hija tifhem u tħoss l-imħabba kbira ta’ Alla Missierna. Għax Alla jħobb lill-midneb b’imħabba tal-ġenn ... u dejjem jistennieh jerġa’ lura fi ħdanu.

    Hija għamlet naqra kuraġġ u qaltlu: “Father ħajti fil-qosor hi din: Jien ili miżżewġa 5 snin. Imma wara sena żwieġ, li matulha jien kelli wkoll tifla, ma nafx xi ġrali, imma ħassejt li ma stajtx inkompli dik il-ħajja avolja żewġi kien iħobbni u jirrispettani. Allura ħallejt ittra lil żewġi u ħrabt mid-dar, hekk ħabta u sabta. Sibt ruħi f’ nofs it-triq, ma nafx x’se naqbad nagħmel b’ħajti!”

    Dik il-mara spiċċat fil-prostituzzjoni u fid-droga. Wara 4 snin ta’ ħajja bħal dik, wieħed malajr jifhem kif il-mara laqtet il-marda tal-AIDS. It-tabib kien għamilielha ċara li kienet infettata b’din il-marda kerha u qerrieda.

    Issa hija kienet ħalliet lil Alla, kienet ħalliet għal kollox lill-ġenituri; kienet abbandunat lil żewġha u lil bintha. X’se taqbad tagħmel? Il-ħbieb kienu għebu kollha. Mal-ġenituri kienet qatgħet kull kuntatt. Żewġha? Min jaf fejn kien, forsi kien ma’ mara oħra ... u bintha? Ma kienet taf xejn fuqhom.

    Patri Elija baqa’ sieket jitlob ... Imma f’dik il-konfużjoni kollha, ħadet deċiżjoni. Qalet: “Inċempel id-dar, jekk din għadha dari; jekk żewġi għadu jinsab f’dik id-dar.” Il-father qalilha: “Taqtax qalbek, int ipprova.” Qabdet it-telefon, ċemplet u sabet lil żewġha. Ħadet nifs qawwi u qaltlu: “Qiegħda nċempillek għax ... jien dik li kont martek ... 4 snin ilu ... qiegħda nċempillek biex ngħidlek li żbaljajt bl-ikrah ... weġġajtek ... weġġajtkom ħafna, ħafna. Issa jien marida ... marida bl-AIDS.

    Patri Elija kien qed jisma’ kollox u ħa xokk ieħor meta sema’ x’kellu jgħidilha żewġha. “Ejja minnufih id-dar, jiena nilqgħek u ngħinek, aħna nħobbuk!”

    Trid tassew kuraġġ kbir biex twieġeb hekk. Irid ikollok verament qalb kbira. Raġel li jemmen fi Żwieġ Sagrament dejjiemi. Patri Elija berikha u qalilha: “Binti, mur bis-sliem.” Dik il-mara issa kellha xaqq dawl, marret lura d-dar; żewġha laqagħha u kkuraha. Għaddew madwar 4 xhur u Patri Elija Vella kien mistieden jippriedka ġewwa Palermo. Kienet il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Kien qed jippriedka il-knisja ta’ San Franġisk. Xħin lesta daħal fis-sagristija. Hemm sab familja ċkejkna tistennieh: raġel, mara u binthom.

    Tkellmet l-omm: “Father mintix tagħrafni?” Patri Elija ma tkellimx; jara u jiltaqa’ ma’ ħafna nies. “Miniex nagħrfek” weġibha. Qaltlu: “Jien dik il-mara marida bl-Aids li kont kellimtek ftit xhur ilu. Il-mewt riesqa dejjem iżjed. Imma ninsab hawn biex ngħidlek li jien l-aktar mara kuntenta fid-dinja! Erġajt sibt lil Alla, lil żewġi u lil binti!” Patri Elija jistqarr illi din kienet esperjenza tassew qawwija li żgur ma jinsieha qatt.

    Ta’ min pero jaħseb ftit ... taħseb li kien ikun possibli li dak ir-raġel jaħfer lil martu u jilqagħha għandu mill-ġdid li kieku ma kellux fih l-Ispirtu ta’ Alla? Jien ngħid li kienet tkun ħaġa impossibli. Iva, Alla jagħmel id-differenza fil-ħajja tal-koppja. Difatti anke l-mara li żbaljat bl-ikrah marret tfittex saċerdot biex tiftaħ qalbha miegħu u mhux xi fortune-teller.

    Meta bħala koppja ndaħħlu lil Alla fil-ħajja familjari tagħna, żgur li l-Mulej ma jħalliniex negħerqu u niddispraw. Ma jfissirx li ma nillatikawx jew ma jkollniex problemi. Bħala esperjenza personali nista’ ngħid li aħna, jien u marti, meta jkollna xi ngħidu xorta ngħidu r-Rużarju flimkien qabel norqdu. Almenu qed inwieġbu lil xulxin! Mhux hekk? M’hemmx dubju li l-preżenza ta’ Alla fil-ħajja miżżewġa tagħmel differenza kbira. “Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej!”








comments powered byDisqus