
















































Mum, Dad and Kids
L-Unjoni Ewropea, permezz tal-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini, tippermetti miljun ċittadin tal-UE biex jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE, billi jsejħu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġi. Hekk tkun ifformulata l-politika u l-ligijiet skont ir-rieda diretta tac-cittadini. Kull ċittadin jista' jipparteċipa hawnhekk.
Bħalissa bdiet inizjattiva biex issir definizzjoni ta' żwieġ u familja għal meta din it-terminoloġija tintuża f'xi liġi Ewropea. L-għan ewlieni huwa espress f'din l-istqarrija għall-istampa. Il-verżjoni bil-Malti ssibha hawn.
Din l-inizjattiva, li hi ntitolata "Mum, Dad and Kids - European Citizens' Initiative to protect Marriage and Family", qed tistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel liġi li tistabilixxi t-tifsira ta' żwieġ bħala dik ta' unjoni bejn mara u raġel u ta' familja bħala dik ibbażata fuq żwieġ u/jew dixxendenza.
Din hija inizjattiva pożittiva u meħtieġa, u l-Moviment ta' Kana jħeġġek tiffirmaha hawnhekk. L-iffirmar fetaħ fl-4 ta' April u jagħlaq fi żmien tnax-il xahar.
comments powered byDisqus